L-eks Prim Ministru Tajlandiż Thaksin Shinawatra beda jiskonta terminu ta’ ħabs ftit wara li rritorna lejn it-Tajlandja wara ħmistax-il sena ta’ eżilju. Sadanittant, hemm is-sinjali li Shinawatra – fost l-aktar politiċi li qatt għamlu suċċess fl-istorja moderna tat-Tajlandja – laħaq ftehim biex iż-żmien tal-priġunerija ikun pjuttost qasir fiċ-ċirkustanzi.
Thaksin Shinawatra wasal lura f’Bangkok b’jet privat u ftit qabel Srettha Thavisin, il-kandidat tal-partit Pheu Thai tal-istess Shinawatra, kien elett Prim Ministru tat-Tajlandja. Il-partit Pheu Thai illum jifforma parti minn koalizzjoni mal-eks rivali militari li kienu waqqgħuh mill-poter waqt il-kolp ta’ stat tal-2014 f’Bangkok.
Thaksin Sinawatra ilu s-snin trattat b’suspett mill-konservattivi li jappoġġjaw lill-monarkija fit-Tajlandja u li kienu wkoll sostenituri tal-azzjonijiet mill-militar u l-proċessi tal-qorti kontra tiegħu.
Intant, Thaksin kien mar jgħix volontarjament f’eżilju fl-2009 proprju sentejn wara li kien tkeċċa mill-poter b’riżultat ta’ kolp ta’ stat.
//= $special ?>

