Il-Ministeru tad-Difiża tar-Russja ikkonferma li għal darb’oħra kien hemm attakk ta’ drones wara li l-militar Russu waqqa’ żewġ drones fuq ir-reġjun ta’ Moska. Minħabba f’hekk, titjiriet minn u lejn l-ajruport ta’ Moska twaqqfu temporanjament.
Żewġ drones oħra ġew interċettati fuq ir-reġjun ta’ Bryansk, fil-Grigal tal-fruntiera tal-Ukrajna.
L-ispazju tal-ajru ta’ Moska reġa sab ruħu magħluq wara li kien ingħalaq diversi drabi fl-aħħar jiem hekk kif rapporti ta’ attakki ta’ drones saru aktar regolari. Il-Ministeru tad-difiża qal ukoll li ajruplan tal-gwerra Russu kien qered bastiment militari tal-Ukrajna fil-Baħar l-Iswed li kienet baħħret ħdejn faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-gass Russi.
Għalkemm l-Ukrajna ma ħaditx ir-responsabbiltà għal attakki bid-drones, il-President Volodymyr Zelensky qal li l-attakki fuq it-territorju Russu huma “proċess inevitabbli, naturali u assolutament ġust”. Dan wasal wara li bdiet il-kontro-offensiva tal-Ukrajna fuq ir-Russja, u li tkompli turi kemm it-tensjoni tinsab fl-ogħla livell sa mil-bidu ta’ din il-gwerra.
//= $special ?>