L-istqarrija li ħarġet aktar kmieni llum miil-Kummissjoni Elettorali, jiġifieri li l-Kummissjoni Elettorali m’għandhiex x’taqsam mal-ħruġ tal-Karti tal-Identità, tgiddeb għal kollox dak li qal it-Tlieta l-Partit Laburista meta qal, b’mod żbaljat, li l-Kummissjoni Elettorali u rappreżentati tal-partiti politiċi jkollhom skrutinju fuq dan il-proċess.
Għal darb’oħra, il-Partit Nazzjonalista jtenni li l-Kummissjoni Elettorali għandu jkollha aċċess għal dan il-proċess, kif ukoll li jkun hemm investigazzjoni fuq dak li ġie allegat.
Minflok ma jipprova jdawwar l-allegazzjonijiet serji li qed tagħmel persuna li kienet fil-qalba tal-Partit Laburista f’battibbek partiġġjan, jekk m’għandu xejn x’jaħbi, Robert Abela għandu jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista u jitlob investigazzjoni serja fuq Identity Malta.
//= $special ?>