Lokali

Il-Puliziija qed tinvestiga każ ta’ raġel li ġie aggredit iċ-Ċirkewwa

Il-Pulizija qed tinvestiga każ ta’ aggressjoni li seħħet it-Tlieta filgħaxija għall-ħabta tal-għaxra qrib il-venda taċ-Ċirkewwa.

Minn informazzjoni li waslet għand Net News jidher li r-raġel li għandu 64 sena residenti l-Għargħur huwa sewwieq ta’ taxi.

Jidher li huwa safa aggredit minn sewwieq li kien qed isuq vetturi bil-pjanċa ‘Y’, hekk kif il-vittma infurmah li kien il-vjaġġ tiegħu. Kien hawn fejn is-sewwieq l-ieħor aggredih u weġġgħu u wara ħarab minn fuq il-post.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 64 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa. Ritratti li qed jiċċikulaw fuq il-media soċjai juru li r-raġel sofra feriti f’wiċċu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.