Lokali

Jibdew ix-xogħlijiet f’Chadwick Lakes wara kważi sentejn fi stat ta’ telqa

It-triq rurali li tmiss maċ-Chadwick Lakes se tinbena mill-ġdid wara sentejn fi stat ta’ telqa. Dan hekk kif it-tali triq kienet ċediet f’Novembru tas-sena 2021. It-triq se tibqa’ magħluqa għat-traffiku sakemm isiru x-xogħlijiet.

Dan tħabbar fi stqarrija ppubblikata l-Erbgħa waranofsinhar mill-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma, fejn ingħad li x-xogħlijiet li se jsiruser jassiguraw li t-triq se tkun iktar sigura kemm għal dawk li jagħmlu mixjiet f’din iż-żona kif ukoll għal dawk li jużaw it-triq bil-vetturi tagħhom. Ix-xogħlijiet se jassiguraw ukoll li taħt it-triq ikun hemm ħażna għad-distribuzzjoni tal-ilma.

L-istqarrija tgħid li l-istudji fuq ix-xogħlijiet meħtieġa setgħu jsiru biss fis-sajf ta’ wara meta l-wied ikun nixef biex tkun protetta l-biodiversità tal-wied.