L-aġenzija tal-ispazju tal-Indja qed tipprova tikteb l-istorja tal-esplorazzjoni b’li ssir l-ewwel aġenzija li qatt irnexxitilha missjoni speiċifika lejn in-nofsinar tal-qamar u li magħrufa bħala s-south pole.
Ir-rokit bl-isem Chandrayaan-3 qed iħoll u jorbot għas-suċċess tat-tielet missjoni ‘lunari’ tal-Indja – u meta fuqu hemm vettura jew lander bl-isem ta’ Vikram li għandha tintuża għall-esplorazzjoni tas-settur tal-qamar partikulari li għadu oġġett ta’ misteru.
Jekk kollox jimxi skont il-pjan, l-esplorazzjoni se tibbaża anki fuq vettura –rover – li se tkun qed iddur madwar wiċċ il-qamar waqt li jieħu r-ritatti u tiġbor id-data fl-inħawi.
Ix-xjenzati jemmnu li l-ħofor jew craters man-naħa mudlama tal-qamar jistgħu fihom ir-riservi tal-ilma u s-silġ li huma ta’interess kbir għall-istudji xjentifiċi.
Fl-istess ħin, din il-missjoni għandha sinifikat partikulari wara l-aħħar falliment tal-missjoni tal-aġenzija għall-ispazju tar-Russja.
Fil-fatt, ir-Russja qed tirreverdi l-politika għall-esplorazzjoni spazjali wara li naqsu l-finanzi għal din l-aġenzija u wara li r-rokit Luna-25 kien tilef il-kontroll jiem ilu waqt l-ewwel vjaġġ għal ħafna snin u bir-riżultat li ġġarraf fuq il-wiċċ tal-qamar.
//= $special ?>