Suċċess ieħor għal Malta Motorsports Federation. Fil-ġranet li għaddew, is-sewwieq Malti, Warren Sciberras, kien fi Snetterton Circuit fir-Renju Unit fejn ikkompeta fis-Snetterton Saloons.
Kienet prestazzjoni oħra pożittiva għal Sciberras wara li temm fit-3 post tal-klassi tiegħu filwaqt li fil-klassifika ġenerali temm fit-8 post minn 36 vettura.
Mar-ritorn tiegħu Malta, Sciberras ikkummenta li kienet l-aħjar parteċipazzjoni internazzjonali li kellu sa issa, u kuntent li t-tim tiegħu jinsab kburi bil-prestazzjoni fi Snetterton Circuit.
Sciberras saq is-Seat Leon Cupra TCR tat-T4 Motorsport mibnija għall-Kampjonat Brittaniku ta’ Endurance, TCR UK u Snetterton Saloon Championships.
//= $special ?>