“We went overboard with the Muscat’s economic model. We now have a situation where we have too many people on the island and it’s creating a lot of problems.”
Hekk iddikjara l-President tal-MHRA Tony Zahra waqt li kien intervistat mill-preżentatriċi Lea Hogg fil-programm ‘Magħkom’ …. fejn tkellem dwar il-mudell ekonomiku mħaddem mill-Gvern Laburista li fi kliemu mhuwiex mudell sostenibbli għaliex qed jiġu impurtati ħaddiema bl-addoċċ – akkost ta’ kollox – biex ilaħqu mad-domanda.
Tony Zahra enfasizza l-argument tiegħu billi rrefera għal studju mwettaq mid-ditta Deloitte, u li kien ikkummissjonat mill-MHRA; studju illi wera li ż-żieda fit-turiżmu f’pajjiżna qed tissarraf f’esperjenza xejn pjaċevoli għat-turisti nfushom, filwaqt li qed tkun ukoll ta’ detriment għall-Maltin u Għawdxin… għaliex l-infrastruttura ma tiflaħx għal żieda fit-turisti. B’Zahra jinsisti illi jeħtieġ pjanar serju.
L-istudju ta’ Deloitte wera li biex l-ammont totali ta’ tas-sodod fil-lukandi eżistenti u anka dawk li għadhom qed jinbnew jimtela’ b’tal-inqas 80% matul is-sena…hemm bżonn 4.7 miljun turist għal btala medja ta’ ftit inqas minn sebat ijiem.
Tony Zahra sostna li l-istudju wera biċ-ċar li dan is-settur għandu bżonn viżjoni fit-tul u żvilupp sostenibbli…mhux wieħed li jissarraf f’detriment ambjentali, bil-konsegwenza li jaffettwa b’mod negattiv l-esperjenza tat-turisti u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti Maltin u Għawdxin.
Għaldaqstant is-settur turistiku ma għandux jiddependi fuq il-kwantita imma fuq il-kwalita; sentiment li jaqsmu wkoll bosta assoċjazzjonijiet oħra.
“Better not bigger because our size is not going to get bigger.”
Waqt l-intervista, il-President tal-MHRA semma’ kif it-turisti qed jonfqu ftit iżjed f’pajjiżna; iżda dan minħabba l-problema tal-inflazzjon li qegħdha tiżdied ta’ kuljum.
Zahra innota li din l-industrija mhix qed tkun kompetittiva biżżejjed biex tattira impjegati u għalhekk qegħdin jitħaddmu iżjed ħaddiema barrannin milli Maltin. U konsegwenza ta’ dan … il-kwalità fis-servizz qegħdha tonqos.
“The reality is there’s nothing authentic left. If I come to Malta I expect to meet the Maltese. I do not expect to check in at Malta International Airport and find there there isn’t single person who is Maltese. We are losing our authenticity by having so many non-Maltese in services and I think this will come to haunt us in the future if we want to go upmarket.”
Tony Zahra insista li pajjiżna għaddej minn kriżi serja u jekk jibqa’ sejjer f’din id-direzzjoni ser jaffaċja problemi serji kemm fl-infrastrutura u anke f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwalità tas-settur turistiku. Għaldaqstant hu appella lill-Gvern biex jieħu azzjoni immedjata.
//= $special ?>