Yevgeny Prigozhin, il-Kap tal-grupp Wagner, huwa fost l-10 persuni li kienu qed jivjaġġaw fuq ajruplan li ġġaraf fir-Russja tal-Punent.
L-awtoritajiet qed jgħidu li l-10 persuni abord fuq dan l-ajruplan privat tilfu ħajithom , viċin il-vilaġġ ta Kuzheniko. Madanakollu l-Kremlin għadha ma konfermatx il-mewt ta’ Prigozhin.
F’Ġunju li għadda Progozhin kien mexxa ammutinament, li falla kontra il-militari Russi. Intant, fl-isfon ta’ dan kollu l-awtoritajiet Russi bdew jinvestigaw x’ kienet ir-raġuni għala ġġaraf dan l-ajruplan hekk kif qed jiżdiedu ħafna spekulazzjonijiet, dwar jekk dan kienx inċident jew le, hekk kif sorsi diferenti qed jgħidu li dan l-ajruplan twaqqa’ mill-forzi tal-Kremlin.
//= $special ?>