Attakk bid-drones fuq ir-reġjun ta’ Belgorod fir-Russja ħalla tliet persuni mejta, sigħat biss wara li drones laqtu iċ-ċentru ta’ Moska kmieni filgħodu.
Il-Gvernatur ta’ Belgorod akkuża lill-Gvern fi Kiev li kien il-moħħ wara dan l-attakk fuq ir-reġjun, qrib il-fruntiera tal-Ukrajna. Huwa sostna li l-forzi Ukreni “xeħtu splussiv permezz ta’ drone waqt li n-nies kienu fit-toroq”. Iżda mhux ċar min hu responsabbli ta’ dan l-attakk.
Is-sistemi ta’ difiża waqqgħu wkoll żewġ drones fid-distretti ta’ Mozhaisk u Khimki fir-reġjun ta’ Moska, fejn ma kienu rrappurtati ebda mwiet.
Wara dan l-inċident fil-kapitali tar-Russja, it-titjiriet kollha ġew sospiżi minn u lejn l-ajruporti ta’ Moska kmieni nhar l-Erbgħa, iżda aktar tard reġgħu bdew joperaw b’mod normali. Dan kien is-sitt lejl konsekuttiv ta’ attakki mill-ajru fuq ir-reġjun ta’ Moska fejn issa qed jidher aktar biċ-ċar il-kontro-offensiva tal-Ukrajna fuq ir-Russja.
L-Ukranja ma ħadet l’ebda responsabbiltà għall-ebda attakk ta’ drones – iżda l-President Volodymyr Zelensky qal li l-attakki fuq it-territorju Russu huma “proċess inevitabbli, naturali u assolutament ġust”.
//= $special ?>