Futbol Sport

Aston Villa jiskorjaw ħamsa barra minn darhom kontra Hibernian

Aston Villa huma prattikament ċerti minn kwalifikazzjoni għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Conference League meta lbieraħ f’Edinburgh fl-ewwel leg tal-play-offs għelbu faċilment lil Hibernian 5-0, biex issa r-ritorn f’Villa Park hu biss formalità.

L-attakkant promettenti Ingliż Ollie Watkins kien il-protagonista assolut tal-logħba fejn skorja hat-trick.
Hu skorja l-ewwel żewġ goals fis-17 u fit-33 minuta u sal intervall kien Bailey li skorja t-tielet goal wara pass ta’ Digne.
Fit-tieni taqsima kien hemm it-tielet goal personali ta’ Watkins biex fl-aħħar fażi tal-logħba kien Douglas Luiz li skorja l-ħames u l-aħħar goal.

F’logħba oħra mill-Conference League draw ta’ 1-1 bejn Spartak Trnava u Dnipro-1.
Il-logħbiet l-oħra mill-play-offs tal-Conference League u Europa League jintlagħbu llejla.

Intant ilbieraħ ukoll tliet logħbiet mill-play-offs tal-UEFA Champions League fejn Braga kisbu vantaġġ minimu 2-1 fuq Panathinaikos.

Rebħa tajba kisbu wkoll Galatasaray barra minn darhom fin-Norveġja kontra Molde 3-2, fejn l-eks player ta’ Inter Icardi skorja wkoll wieħed mill-goals tat-Torok.

Fil-logħba l-oħra draw ta’ mingħajr goals bejn Maccabi Haifa u Young Boys.

Riżultati
Champions League
Braga 2-1 Panathinaikos
Maccabi H. 0-0 Y. Boys
Molde 2-3 Galatasaray

Conference League
Sp.Trnava 1-1 Dnipro-1
Hibernian 0-5 A. Villa