Lokali

Double decker tieħu n-nar fl-Għadira; Ħadd ma jweġġa’

Fl-aħħar ħin, double decker li kienet għaddejja mill-Għadira spiċċat ħadet in-nar u nqerdet kompletament.

Wieħed qed ikun mitlub biex jevita z-zona minħabba ammont ta’ traffiku li nġema’. Fil-fatt, it-triq bħalissa tinsab magħluqa. Dan hekk kif fit-triq infirex ammont kbir ta’ fjuwil li ħareġ mid-double decker.

Il-Pulizija ssejħu fil-post biex jassistu, b’membri tal-Protezzjoni Ċivili bdew ħidma biex jikkontrollaw in-nirien.

Mhux magħruf x’wassal biex il-vettura tieħu n-nar iżda jidher li x-xufier induna li kien hemm problema fil-vettura hekk kif tefa’ mal-ġenb tat-triq. Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident minkejja li abbord kien hemm numru ta’ passiġġiera flimkien mas-sewwieq.