It-tim tal-Formula 1, Haas, ikkonfermaw li ż-żewġ sewwieqa tagħhom se jibqgħu s-sewwieqa prinċipali tal-iskwadra għall-istaġun 2024-25.
Hulkenberg u Magnussen huma żewġ sewwieqa t’esperjenza kbira u taw kontribut kbir lil Haas fl-aħħar xhur.
It-Team Principal Guenther Steiner stqarr li jaħseb li dawn iż-żewġ sewwieqa jaħdmu tajjeb flimkien u m’għandhom l-ebda raġuni għalfejn għandhom ibbidlu s-sistema tagħhom.
Magnussen irritorna b’sorpriża fl-2022 wara li s-sewwieq Russu Nikita Mazepin kellu jitneħħa mill-kariga tiegħu minħabba l-invażjoni tar-Russja fuq l-Ukrajna.
Minn naħa l-oħra, Hulkenberg li kien ilu bla tim mill-2019 wara li tneħħa minn postu minn Renualt, irritorna lura fix-xena din is-sena wara t-tkeċċija ta’ Mick Shumacher minn ma’ Haas, hekk kif id-diriġenza tat-tim riedet xi ħadd b’iktar esperjenza bħala sewwieq.
Hulkenberg qiegħed jidher iktar kunfidenti din is-sena u qiegħed ikollu staġun diċenti, b’vantaġġ komdu fil-kwalifikazzjoni fuq Magnussen, kif ukoll irnexxielu jikseb it-tieni post fuq il-grid f’Ġunju fil-Kanada u temm fis-7 post fit-tellieqa fl-Awstralja.
//= $special ?>