Lokali

Hero Gaming jgħidu li s-CEO irriżenjat; il-kumpanija mhix se tagħlaq il-bibien

Il-kumpanija Hero Gaming tixtieq tikkjarifika illi kuntrarjament għal dak irrappurtat ilbieraħ, Hero Gaming mhix se tagħlaq il-bibien u ma kien hemm l-ebda ħaddiema li sfaw imkeċċijin.

B’referenza għal-Kap Eżekuttiv, kif ukoll xi membri fit-tmexxija tal-kumpanija, dawn iddeċidew li jirriżenjaw minn jeddhom.

Fi stqarrija mibgħuta lil dan is-sit, Hero Gaming qalu illi jinsabu diżappuntati bl-aritklu li ma juri ebda rispett lejn l-impjegati li għadhom jaħdmu, u se jibqgħu jaħdmu, mal-kumpanija.

Huma qalu li kull forma ta’ artikli għandhom ikunu ippublikati b’responsabbilta, speċjalment lejn ħaddiema Maltin li jibbenefikaw minn dan is-settur. “Dan l-artiklu ma jagħmel l-ebda għib u għandna nesiġu kwalita aħjar.”

Għalhekk, il-kumpanija talbet bidla f’dak ippublikat sabiex l-artiklu jirrifletti r-realta, mingħajr dewmien.