Wara l-pressjoni li saret fl-aħħar sigħat, kien hemm u-turn rigward id-deċizjoni tal-mobile toilets. Dan hekk kif issa dawn tneħħew minn quddiem il-Knisja tal-Furjana.
F’kumment fuq Facebook, il-minority leader fil-Kunsill Lokali James Aaron Ellul irringrazzja lill-Furjaniżi ta’ rieda tajba għall-insistenza li għamlu.
AKTAR KMIENI
Il-Furjaniżi qed jilmentaw li l-mobile toilets bi tħejjija għall-kunċert li se jsir illejla fuq il-Fossos tal-Furjana tpoġġew f’ringiela eżatti quddiem iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali.
Diversi talbiet li saru biex dawn jitmexxew, imqar għan-naħa l-oħra tat-triq, ġew injorati.
In-nies qed jisħqu kif b’dan il-mod, il-Knisja qed tiġi diżrispettata.
Dwar dan kollu lmenta wkoll il-kunsillier tal-PN, James Aaron Ellul, liema ilment jidher li ġie injorat kompletament mill-awtoritajiet.
Mal-kunsillier Ellul ngħaqqad ukoll l-Arċipriet tal-Furjana hekk kif qal li l-faċċata tal-Knisja mhix se tkun qed tinxtgħel illejla. Dan wara li fl-ebda mument ma ġie kkonsultat dwar dan.
//= $special ?>