Sport Sport Ieħor

L-aħħar preparamenti mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-isport Ekwestri għall-Olimpjadi ta’ Pariġi

Meta fadal anqas minn sena għall-Olimpijadi ta’ Pariġi 2024 membri tal-Federazzjoni Internazzjonali ta’ isport Ekwestri ħadu sehem f’ġurnata ta’ provi fil-kumpless ta’ Château de Versailles.

Kienet ukoll okkażjoni sabiex setgħet issir prova biż-żwiemel fuq pontoons li għaddew minn fuq il Grand Canal ta’ Versailles. Dettalji lil media internazzjonali ingħataw minn Tim Hadaway, Direttur tal-Logħob tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-isport Ekwestru li spjega l-mod kif se ssir il-kompetizzjoni fuq medda ta’ tlett ijiem.

Preżenti għal prova ġenerali kien hemm ukoll Etienne Thobois, Kap Ezekuttiv tal-Kumitat Organizattiv tal-Logħob Olimpiku Parigi 2024 u Catherine Pegard, Direttur ta’ Chateau de Versailles.