Internazzjonali

L-Italja: Il-Kummissjoni Ewropea mħassba sew dwar l-influss kbir tal-immigranti

Il-Kummissjoni Ewropea tinsab imħassba dwar iż-żieda fl-ammonti tal-immigranti u refuġjati li qed jaslu fl-Italja, Dan meta Kummissjoni hi konxja dwar is-sitwazzjoni preokkupanti tal-immigranti fir-reġjuni Mediterranji taċ-ċentru u partikularment għall-Italja.

Intant, il-Kummissjoni qed taħdem mal-awtoritajietTaljani bil-ħsieb li jonqos l-iffullar tal-immigranti fiċ-ċentru ta’ Lampedusa. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni qed taħdem fuq pjan għall-għajnuna ta’ emerġenza li tiffaċilita t-trasferiment tal-immigranti vulnerabbli minn dik il-gżira lejn lokalitajiet oħrajn fl-Italja.

Is-sitwazzjoni f’Lampedusa hi lok għal preokkupazzjoni kbira, meta l-Kummissjoni qed tindirizza l-isfidi relatati mal-immigrazzjoni.

Dan waqt li l-Italja qed tipprova tlaħħaq mal-influss sinifikanti tar-refuġjati li ilhom jaslu fl-ixtut tagħha mill-bidu tas-sena – u fost il-pressjoni insostenibbli għaċ-ċentri għall-immigranti fil-pajjiż.