Stewart Said
SAN ĠILJAN JP PROJECTS….. 14
SLIEMA FRANK SALT……………. 11
(2-0), (4-5), (6-2), (2-4)
San Ġiljan JP Projects se jkunu l-avversarji ta’ Neptunes fil-finali tal-play-off għar-rebħ tal-kampjonat wara li għelbu 14-11 lil Sliema Frank Salt. Minħabba li kklassifikaw mal-ewwel tnejn fil-kampjonat regolari, San Ġiljan bdew dan id-dwell 1-0 u b’din ir-rebħa evitaw it-tielet logħba.
Din ir-rebħa tasal wara li l-Ħadd li għadda l-Ġiljaniżi rebħu l-finali tan-knock-out proprju kontra Sliema. San Ġiljan bdew tajjeb u rebħu l-ewwel sessjoni 2-0 b’gowls ta’ Aaron Younger u l-eks Nicholas Bugelli. Wara li Jokovic għamilhom 3-0, Sliema bdew jidħlu fil-logħba u b’gowls ta’ John Brownrigg, Liam Galea u Jerome Gabarretta wieġbu għall-gowls tal-avversarji. Is-Slimiżi saħansitra resqu gowl qrib sa tmiem it-tieni sessjoni permezz ta’ Dmitrii Kholod.
Sliema saħansitra ġabu d-draw darbtejn fit-tielet sessjoni b’gowls ta’ Benji Cachia u Kholod wara li Jokovic kien ħalla lil San Ġiljan parzjalment minn fuq. Madankollu Sliema ma rnexxielhomx imorru l-vantaġġ u San Ġiljan ħadu vantaġġ immedjat u saħansitra aċċertaw mir-rebħa b’ħames gowls konsekuttivi għal vantaġġ ta’ 12-7. Minkejja li Sliema pruvaw jidħlu fil-logħba fl-aħħar sessjoni, fost l-oħrajn b’gowls ta’ Matthew Mifsud, Kholod u Cachia kien wisq għalihom biex jirkupraw ħames gowls distakk.
San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli (2), A. Galea, B. Plumpton (1), M. Jokovic (3), M. Zammit, J. Bonavia (1), A. Younger (3), J. Abela, N. Zammit (3), Da. Zammit (1), R. Caruana, G. Borg, G. Bonavia, N. Bonavia
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (1), L. Galea (1), J. Gambin, Z. Mizzi, B. Cachia (3), J. Cutajar, M. Mifsud (1), J. Brownrigg (1), D. Kholod (3), A. Prlainovic (1), D. Zammit, A. Bugeja, E. Schembri, D. Engerer
Referees: Fabio Ricciotti, Peter Balzan
Logħob li jmiss:
Għada:
Kampjonat I Diviżjoni – Play-offs Exiles v Marsaxlokk 6.30pm
Dmitrii Kholod ta’ Sliema ssikkat minn Maro Jokovic (Ritratt: Catriel Farrugia)
//= $special ?>