Lokali

Żagħżugħ isofri ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza f’Marsaskala

Żagħżugħ ta’ 15-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-7pm, ittajjar minn karozza fi Triq is-Salini, Marsaskala.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ż-żagħżugħ residenti San Pawl il-Baħar intlaqat minn vettura misjuqa minn mara ta’ 21 sena residenti iż-Żurrieq.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.