Budget 2024 Għawdex Lokali

Il-GBC tinsisti fuq il-bżonn li jinbena sptar ġdid f’Għawdex

Id-dokument tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex (GBC) għall-Budget jindirizza tlett aspetti importanti:
inċentivi fiskali mmirati, li jiġu ndirizzati problemi marbuta mal-aċċessibilita’, u l-infrastruttura.
Dan ma jfissirx li setturi oħra mhux importanti. Strateġikament l-isforzi biex Għawdex jiġu newtrali flemissjonijiet tal-karbonju, qabel Malta, għandhom ikomplu.

Fis-settur tal-enerġija Għawdex għandu jkollu rwol importanti biex imexxi l-isforzi tar-riċerka f’dan il-qasam. Il-Kamra temmen li l-proposta tagħha li jkun hemm istitut spezjalizzat fil-qasam tar-riċerka, biex jiġu ttestjati teknoloġiji sostenibbli qabel dawn jiġu mnedija u mplimentati fuq skala nazzjonali. Dan għandu japplika wkoll għall-proposti oħrajn bħalma hu pakkett ta’ inċentivi speċifiċi għall-intrapriżi biex jistabilixxu ruħhom fil-Gozo Innovation Hub fix-Xewkija.

Is-suċċess ta’ kumpaniji Għawdxin fil-qasam tat-teknoloġija nformatika juri li l-intrapriżi f’Għawdex kapaċi jkollhom suċċess f’oqsma bħal dawn.

Waqt li l-Gvern investa b’mod sostanzjali fil-Gozo Innovation Hub, u fit-tieni fibre optic link bejn Għawdex u Malta, huwa mportanti li l-intrapriżi jiġu attirati lejn il-Hub biex dan jilħaq il-potenzjal kollu tiegħu.
Il-proposti tal-Budget qed jindirizzaw kemm kwistjonijiet urġenti bħalma hu l-impatt ta’ ċerti miżuri fuqambjent naturali, il-kompetitivita’ tal-intrapriżi Għawdxin, u anke miżuri fit-tul biex Għawdex
jipprogressa fit-tul b’mod sostenibbli.

Aħna nistgħu nkunu biss kompetitivi billi nkunu distintivi. Madanakollu rridu nkunu ċari kif se nkunu
qed insiru distintivi. Għalhekk waqt li t-tkabbir ekonomiku huwa mportanti dan ma jistax jiġi milħuq
akkost ta’ kollox jew f’setturi li joħolqu ħsara li b’xi mod tikkomprometti l-futur tal-gżira Għawdxija.
Hawnhekk hawn sommarju tal-inizjattivi li qed jiġu pproposti mil-Kamra tan-Negozju għal Għawdex:


Inċentivi Fiskali Mmirati

  • Jiġu allinjati l-inċentivi fis-settur tal-propjetà mal-bżonnijiet soċjo ekonomiċi u ambjentali
    tal-gżira.
  • Jiddaħħlu nċentivi biex persuni (u mhux kuntratturi li jkunu żviluppaw il-propjetà) li
    ikollhom propjeta eżistenti li tkun għadha ġebel u saqaf, ikunu jistgħu jirkupraw parti
    mill-VAT, jekk il-propjeta tkun lesta minn kollox fi żmien sentejn. Jekk permezz taxxogħol li jsir il-propjeta ssir iktar sostenibbli l-VAT li wieħed ikun jista’ jirkupra tkun ikbar.
  • Jiġi nċentivat it-trasferiment ta’ propjeta bejn persuni li għandhom diġa’ parti millpropjeta eżistenti. Din tista’ tissarraf f’inqas rata ta’ taxxa fuq il-qligħ kapitali, jew ittaxxa tal-boll. Meta l-Gvern ikun qed jagħti dan il-benefiċċju jkun qed jinkoraġġixxi li
    propjeta’ tibqa’ f’idejn l-istess propjetarju jew propjetarji għal żmien twil. Dan jinċentiva
    wkoll il-preservazzjoni tal-propjetà fl-istat oriġinali tagħha, u mhux biex din tiġi sfruttata
    għal skop ta’ lukru fi żmien qasir.

Nikkombattu Problemi Marbuta mal-Aċċessibilta

  • Jiġu mgħejjuna l-importaturi/wholesalers u l-bejjiegħa bl-imnut biex jgħinhom ikopru l-ispejjeż żejda tat-trasport (inkluż l-ispejjeż marbutin mal-ħaddiema) biex huma jkunu
    jistgħu joperaw f’Malta wkoll.
  • Jiġu mgħejjuna l-artiġjani Għawdxin biex huma jkunu jistgħu jipparteċipaw f’fieri talartiġġjanat f’Malta.

Infrastruttura

  • Jiġi mplimentat l-proġett tal-ecological green park fil-belt Victoria b’parking ta’ diversi
    sulari taħt l-art.
  • Jiġi mplimentat l-proġett tal-Isptar il-ġdid f’Għawdex