Atletika Sport

Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika: Noah Lyles favorit fil-finali tal-200 metru

(Ritratt: EPA)

F’Budapest l-Ungerija, is-sitt ġurnata ta’ kompetizzjoni tal-Kampjonati tad-Dinja tal-atletika. Wara li jumejn ilu Noah Lyles tal-Istati Uniti rebaħ il-100 metru, huwa għandu jibda favorit li jirbaħ ukoll il-200 metru wara li għadda għall-finali meta rebaħ l-ewwel semi finali f’19.76 sekondi. Fit-tieni post daħal Ogando Alexander tar-Repubblika Dominikana f’20.02 sekondi qabel Tarsis Gracious Orogot tal-Uganda f’20.26 sekondi.

Fil-finali tal-400 metru hurdles tan-nisa, midalja tad-deheb għal Femke Bol tal-Olanda li rebħet f’51.70 sekondi. Fit-tieni post daħlet Shamier Little tal-Istati Uniti bi 52.80 sekondi filwaqt li Rushell Clayton tal-Ġamajka daħlet fit-tielet post bi 52.81 sekondi.