Il-Kunsill tal-Ewropa jinsab imħasseb dwar dak li għaddejja f’pajjiżna fejn jidħlu d-drittijiet tal-persuni…. b’mod partikolari tal-ġurnalisti. U l-pressjoni fuq il-Gvern ta’ Robert Abela qed tkompli tiżdied, anke fejn jidħol dan l-aspett.
Pieter Omtzigt kien il-Membru Parlamentari Olandiż li ħeġġeġ lill-Kunsill tal-Ewropa biex jagħmel pressjoni ħalli l-Gvern jiftaħ inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
U issa…. Omtzigt qed jerġa’ jagħmel pressjoni biex pajjizna jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn din l-inkjesta, u ssir tassew ġustizzja.
F’mistoqsija li għamel lill-Kunsill tal-Ewropa, huwa talab biex tttieħed azzjoni ħalli l-Gvern Malti jimplimenta b’mod sħiħ ir-rakkomandazzjonijet li ħarġu u biex jassigura li jsir progress sodisfaċenti ….anke fil-konfront tal-imprenditur Yorgen Fenech ħalli jibda għaddej ġuri.
Omtzigt staqsa dwar meta l-Kumitat tal-Ministri se jkun qed jieħu azzjoni biex jinkoraġġixxi lill-Gvern Malti jagħmel il-pass li jmiss u jattwa dawn ir-rakkomandazzjonijiet fi proċess li jkun wieħed trasparenti mill-bidu sal-aħħar.
Omtzigt fakkar kif mill-konklużjonijiet tal-inkjesta pubblika ħarġu numru ta’ rakkomandazzjonijiet sabiex tkun indirizzata il-problema tal-kriminalità u l-korruzzjoni …..u sabiex tkun protetta l-ħajja tal-ġurnalisti u jissaħħaħ l-interess pubbliku fil-ġurnaliżmu.
//= $special ?>