L-eks President Amerikan Donald Trump minn issa qed jistenna l-bidu ta’ proċess tal-qorti relatat ma’ attentat ta’ snin ilu għall-manipulazzjoni tar-riżulat tal-elezzjoni għall-Presidenza tal-Istati Uniti.
Dan wara li hu kellu jħallas pledge ta’ 200,000 dollaru għal-libertà proviżorja qabel seta’ joħroġ mill-kumpless tal-ħabs ta’ Atlanta, f’Fulton County, fejn kien ippreżenta ruħu taħt arrest aktar kmieni fil-ġurnata.
Għall-ewwel darba wkoll ittieħed ritratt ta’ Trump waqt li kien qed jinżamm uffiċjalment taħt arrest…Dan bħala proċedura li ilha għexieren ta’ snin assoċjata mal-proċess fejn jittieħdu d-dettalji personali – inklużi l-marki tas-swaba – ta’ kull suspettat kriminali għal skopijiet ta’ identifikazzjoni,
L-eks President qed ifisser il-każ kontra tiegħu bħala wieħed mhux xieraq u li jmur kontra l-interessi tal-ġustizzja.
Madankollu, hu wkoll sinifikanti li dan kien ir-raba’ arrest ta’ Trump marbut ma’ każ kriminali f’ħames snin – bil-proċess jinkludi l-ewwel ritratt uffiċjali, jew mugshot, tal-arrest għall-proċess legali fil-konfront tiegħu.
F’messaġġ li bagħat fuq il-media soċjali Trump iċċirkola r-ritrattb’kumment dwar l-indħil elettorali u fost stqarrija li mhu se jċedi qatt.
Dan meta persuni ċelebri oħra – u mhux biss kriminali — kienu ttieħdulhom mugshots simili tul iż-żmien u li jinkludu l-kantant Frank Sinatra, l-attivist għad-drittijiet tas-suwed Martin Luther King u l-Kap mafjuż Al Capone.
Intant, Donald Trump insista li l-każi kontra tiegħu huma motivati minn skop politiku għaliex hu l-favorit nett li, is-sena d-dieħla, jikkuntesta għall-White House kontra Biden għan-nom tal-Partit Repubblikan fl-Oppżizzjoni.
//= $special ?>