Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Michele Marcolini sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 31 plejer għall-partita ta’ ħbiberija kontra Ġibiltà u l-partita valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-EURO 2024 kontra l-Maċedonja ta’ Fuq f’pajjiżna.
Il-Maltin l-ewwel jilagħbu kontra Ġibiltà l-Erbgħa 6 ta’ Settembru fit-8pm, qabel ma’ jiltaqgħu kontra l-Maċedonja ta’ Fuq, it-Tlieta 12 ta’ Settembru fid-8:45pm, biż-żewġ logħbiet jintlagħbu fl-Istadium Nazzjonali.
Fost il-31 plejer insibu ż-żgħażugħ ta’ Mosta Jake Vassallo, li kien parti mill-iskwadra ta’ taħt id-19-il sena li pparteċipat fil-Kampjonati Ewropej f’pajjiżna. Barra minnhekk għall-ewwel darba ġie msejjaħ id-difensur ta’ Birkirkara Kurt Zammit.
Aktar tard, probabbilment wara l-partita ta’ ħbiberija, l-iskwadra tkun imnaqqsa għal 26 plejer.
Il-31 plejer imsejjħa huma dawn:
Goalkeepers:
Henry Bonello (Ħamrun Spartans FC), Rashed Al Tumi (Sliema Wanderers FC), Matthew Grech (Zabbar St Patrick’s FC), Jake Galea (Valletta FC)
Difensuri:
Jake Vassallo (Mosta FC), Steve Borg (Ħamrun Spartans FC), Karl Micallef (Gudja United FC), Zach Muscat (Farense – POR), Enrico Pepe (Birkirkara FC), Kurt Shaw (Hibernians FC), Jean Borg (Sliema Wanderers FC), Cain Attards (CF Os Belenenses – POR)
Midfielders:
Juan Corbalan (Ħamrun Spartans FC), Ryan Camenzuli (Hamrun Spartans FC), Adam Magri Overend (Floriana FC), Steven Pisani (Santa Lucia FC), Matthew Guillaumier (FKS Stal Mielec Spolka Akcyjna – POL), Nikolai Muscat (Marsaxlokk FC), Bjorn Kristensen (Hibernians FC), Brandon Diego Paiber (Valletta FC), Shaun Dimech (Valletta FC), Yannick Yankam (Birkirkara FC), Teddy Teuma (Stade de Reims FC), Jake Grech (Balzan FC), Joseph Essien Mbong (Ħamrun Spartans FC), Kurt Zammit (Birkirkara FC)
Attakkanti:
Jurgen Degabriele (Hibernians FC), Jodi Felice Jones (Notts County – ENG), Kyrian Nwoko (Floriana FC), Paul Mbong (Birkirkara FC), Luke Montebello (Ħamrun Spartans)