MARSAXLOKK BROWN’S……. 13
EXILES WELBEE’S…………………. 10
(2-3), (4-3), (4-2), (3-2)
Marsaxlokk Brown’s Pharma huma l-avversarji ta’ Birżebbuġa Freeport fil-finali tal-play-off għar-rebħ tal-kampjonat. Anki jekk mingħajr il-barrani Nikola Moskov, Marsaxlokk ma urew l-ebda inferjorità u qatt ma tilfu l-vantaġġ wara li kisbuh fit-tielet sessjoni.
Exiles kellhom l-aħjar bidu possibbli hekk kif kisbu vantaġġ ta’ tliet gowls permezz ta’ Valentino Gallo, Niall Saliba u Matteo Martellacci. Marsaxlokk irkupraw u sa tmiem l-ewwel sessjoni naqqsu d-distakk għal 3-2. Ix-Xlukkajri saħansitra ġabu d-draw fit-tieni sessjoni u wieġbu tliet darbiet oħra wara gowl ta’ Exiles biex temmew is-sessjoni 6-6.
It-tim immexxi minn Aleksandar Ciric kompla mar-ritmu li qabad u għall-ewwel darba mar fil-vantaġġ fl-ewwel parti tat-tieni sessjoni. Ryan Galea skorja doppjetta fi ftit ħin u tahom vantaġġ ta’ 9-7. Niki Paris naqqas id-distakk iżda Luigi Mallia żamm il-vantaġġ doppju.
Exiles kienu kostretti jiġru wara r-riżultat u setgħu biss iwieġbu wara l-gowls ta’ Max Zammit u Ryan Galea. Bir-rebħa assigurata, Max Zammit issiġilla r-rebħa lejn it-tmiem. L-ewwel dwell minn possibbiltà ta’ tlieta bejn Birżebbuġa u Marsaxlokk jintlagħab nhar it-Tnejn fis-6.30pm.
Marsaxlokk: Mi. Farrugia, J. Pawley, B. Zammit, Ma. Farrugia, G. Gatt, J. Valletta (1), M. Zammit (5), M. Aquilina, R. Galea (4), S. Misic (1), J. Borg Tabone, L. Mallia (2), S. Mifsud, A. Cook, A. Aquilina
Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari, Z. Micallef, V. Gallo (2), G. Molina (3), M. Fenech, K. Griscti (2), N. Paris (1), M. Martellacci (1), M. Aquilina, N. Saliba (1), F. Buhagiar, M. Paris Roding, L. Pursehouse
Referees: Alessio Nikolai, Daniele Bianco
//= $special ?>