Chelsea kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta lbieraħ fi Stamford Bridge għelbu lil Luton Town 3-0.
Protagonista tal-Blues kien Raheem Sterling li skorja doppjetta u kellu sehem ukoll fl-azzjoni tat-tielet goal.
Sterling fetaħ l-iskor wara 17-il minuta b’azzjoni personali fejn għadda bejn diversi players qabel skorja b’xutt fil-baxx.
Fit-tieni taqsima Sterling skorja t-tieni goal tiegħu f’azzjoni li bdiet fuq il-lemin bil-pass ta’ Caicedo lejn Sterling.
Ftit wara azzjoni simili waslet għat-tielet goal fejn din id-darba kien Sterling li qassam lejn wieħed mill-akkwisti l-ġodda Jackson li skorja l-ewwel goal tiegħu bil-flokk ta’ Chelsea.
Il-logħba prinċipali tintlagħab għada f’St. James fejn Newcastle jospitaw lil Liverpool.
Arsenal, Brighton u ċ-champions Manchester City jippruvaw jiksbu t-tielet rebħa konsekuttiva u jibqgħu b’punti massimi.
Ilbieraħ
Chelsea v Luton 3-0
Illum
13:30 – B’mouth v Tottenham
16:00 – Arsenal v Fulham
16:00 – Brentford v Palace
16:00 – Everton v Wolves
16:00 – Man Utd v N. Forest
18:30 – Brighton v West Ham
Għada
15:00 Burnley v A. Villa
15:00 Sheffield U v Man City
17:30 Newcastle v Liverpool
//= $special ?>