Futbol Sport

Il-FIFA tissospendi lil Rubiales

(Ritratt: EPA)

Tkompli s-saga bejn il-President tal-FA Spanjola Luis Rubiales u l-player tat-tim tan-nisa Jenni Hermoso wara l-bewsa li saret bejniethom waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja li Spanja kisbu ġimgħa ilu kontra l-Ingilterra. Il-FIFA fi stqarrija ħabbret li se tkun qed tissospendi lil Rubiales minn tal-inqas għal 90 jum sakemm tingħalaq investigazzjoni b’rabta mal-każ.

Aktar kmieni Rubiales issa qed juża l-FA Spanjola sabiex jieħu azzjoni legali kontra Hermoso, li qed tgħid li l-bewsa saret mingħajr il-kunsens tagħha. Ittra maħruġa mill-FA Spanjola qalet li kienet Hermoso li nkoraġġiet lil Rubiales sabiex jerfagħha u jidher li saru wkoll xi testijiet fejn ikkonkludew li Rubiales ma kienx qed jigdem. Minn naħa tagħha, Hermoso qed takkuża lill-Federazzjoni Spanjoli li qed toħloq kultura manipulattiva, ostili u kontrollabli. It-tim Ingliż tan-nisa wkoll qed juri appoġġ lejn Hermoso fejn fi stqarrija qal li l-plejer Spanjola kienet vulnerabbli u aggredita.

Intant fl-aħħar jiem inbdiet il-kampanja ‘Me Too’ fejn numru ta’ nisa niżlu fit-toroq ta’ Spanja jipprotestaw kuntra l-abbuż sesswali u l-vjolenza.