Il-plejers tan-nisa Spanjoli qed jipprotestaw wara l-bewsa meqjusa bla kunsens tal-President tal-Federazzjoni tal-Futbol Spanjol, Luis Rubiales lil plejer Jenni Hermoso. Fil-fatt, il-81 plejer ikkonfermaw li mhux se jkunu qed jilgħabu qabel Rubiales jitkeċċa mill-pożizzjoni tiegħu.
Rubiales qed jirrifjuta li jirriżenja wara li bies lil Hermoso fuq xuftejha wara r-rebħa tal-World Cup għal Spanja f’partita li saret kontra l-Ingilterra.
Il-Gvern Spanjol beda jinvestiga dan il-każ biex possibilment il-President ta’ 46 sena jitkeċċa mill-pożizzjoni. Anke FIFA fetħu proċeduri legali dwar dan kollu.
//= $special ?>