Lokali

Imut l-eks kuratur tal-Mużew tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann Dominic Cutajar

Tħabbret il-mewt ta’ Dominic Cutajar, eks Direttur tal-Mużew Nazzjonali tal-Arti fl-età ta’ 85 sena.

Cutajar li twieled fl-1938 serva bħala Kuratur tal-Mużew tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta bejn l-1981 u l-1987 u mill-1987 sas-sena 2000 serva wkoll bħala Kuratur tal-Mużew Nazzjonali tal-Arti.

Bosta ħbieb u kollegi li ħadmu miegħu tul is-snin iddeskrivewh bħala raġel qalbu tajba, professjonali li kien jaħdem fis-silenzju.

Dominic Cutajar kien ukoll wieħed mill-fundaturi tas-Soċjetà Ornitoloġika ta’ Malta – li ‘il quddiem tul is-snin saret dik li illum nafu bħala BirdLife Malta. Proprju fir-residenza tiegħu ġiet imwaqqfa s-soċjetà MOS lura fl-1962.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ BirdLife Malta, Mark Sultana rringrazzjah tal-ħidma sfieqa tiegħu kif ukoll tal-legat li ħalla lill-poplu Malti u Għawdxi flimkien mal-fundaturi l-oħrajn.

Dan filwaqt li l-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann sostniet li tinsab mnikkta bit-telfa ta’ Cutajar u waslu l-kondoljanzi tagħhom lill-qraba u ħbieb.