Lokali

IT-TIENI SERQA F’LEJL WIEĦED: Ħalliel jaħrab minn ħanut b’ammont ta’ flus kontanti

Ilbierah għall-ħabta tad-8:45pm seħħet it-tieni serqa f’lejl wieħed. Din id-darba s-serqa seħħet fi Triq il-Makna tas-Serrar, l-Imsida minn ħanut fejn fuq ġewwa kien hemm kaxxier.

Il-ħalliel daħal fil-ħanut liebes beritta, nuċċali u maskra fejn hemmhekk talab il-flus lill-kaxxier, Indjan ta’ 32 sena residenti l-Imsida. Huwa beda jiġi mhedded li jitwaddablu l-aċtu għal fuqu jekk ma jikkoperax.

Ir-raġel ħarab mill-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.

Il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ma jidhirx li dan il-każ ta’ serqa jinvolvi l-istess persuni li wettqu s-serqa fiż-Żurrieq ftit tal-ħin qabel.