Lokali

Jirċievu formula ta’ tiġdid tal-liċenzja ta’ missierhom – 9 snin wara li miet

Jissokta t-taħwid fi ħdan Transport Malta.

Dan hekk kif qraba ta’ raġel li issa ilu xejn inqas minn 9 snin mejjet avviċinaw lil Net News fejn spjegaw li kelliema minn Transport Malta xorta waħda bagħtulu avviż sabiex iġedded il-liċenzja tad-dgħajsa.

Huma saħqu li għal dawn l-aħħar snin kemm-il darba infurmaw lid-Dipartimenti tal-Gvern bin-nuqqas tiegħu, inkluż lil Transport Malta nfushom…madanakollu xorta waħda jibqgħu jibgħatu dawn it-tip ta’ ittri u formoli.. bil-qraba tiegħu jisħqu li mill-ġdid jerġgħu jiftħu  l-ferita ta’ mewtu.

“Qed inħossuna injorati, u li verament il-persuni f’dan il-pajjiż huma trattati ta’ sempliċiment numru…numru li kollox qed jindika li mhux qed jiġi kkalkulat.”

Dan filwaqt li sostnew li fi kliemhom mhux talli l-inkompetenza fetħitilhom ferita, talli l-formola li rċevew minn Transport Malta kienet data f’Ottubru li għadda. Dan ifisser li rċevewha 10 xhur wara.

Għaldaqstant it-taħwid fi ħdan l-Awtorità li taqa’ direttament taħt il-Ministru Aaron Farrugia qed tkompli tolqot direttament lill-familji Maltin u Għawdxin.