Serata importanti l-ġimgħa waqt il-kampjonati tad-dinja tal-atletika li qed isiru f’Budapest fejn saru l-finali tal-200m, kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa.
L-Amerikan Noah Lyles, wara s-suċċess fil-100m, għamel doppjetta meta rebaħ ukoll il-200m, fejn doppjetta simili ilha ma ssir mis-sena 2015.
Għal Lyles dan kien it-tielet titlu konsekuttiv fil-200m, fejn s’issa Usain Bolt biss kiseb aħjar meta rebaħ il-200m għal erba’ darbiet konsekuttivi.
Lyles rebaħ f’ħin ta’ 19.52 sekondi u kien segwit minn Erriyon Knighton tal-Istati Uniti u minn Letsile Tebogo tal-Botswana.
Fit-tellieqa tan-nisa, dominju tal-Ġamajkana Shericka Jackson li rebħet f’ħin ta’ 21.41 sekondi.
Fit-tieni u t-tielet post l-Amerikani Gabrielle Thomas u Sha’Carri Richardson.
//= $special ?>