Lokali Qorti

Raġel jisraq il-passaport ta’ ħuħ sabiex jitlaq minn Malta

Sirjan ta’ 25 sena Hajmosa Abdelaziz, ingħata sentenza sospiża wara li pprova jisraq il-passaport ta’ ħuħ waqt li kien rieqed sabiex jitlaq minn Malta.

Ir-raġel inqabad fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta meta pprova juża l-passaport sabiex jmur l-Ajruport ta’ Frankfurt fil-Ġermanja.

Hu ammetta l-Ġimgħa filgħaxija quddiem il-Maġistrat Victor Axiaq, filwaqt li ħuħ sostna li ma kienx jaf bil-pjanijiet tiegħu.

Abdelaziz għandu karta tal-identità Ġermaniża li kien uża sabiex vjaġġa lejn l-Italja, imbagħad lejn Sqallija, fejn mbad wasal f’Malta 10 ijiem qabel sabiex iżur lill-qraba tiegħu.

Hu qal lill-pulizija li kellu smigħ fil-Ġermanja għal residenza permanenti li ma riedx jitlef, u għamel dan minħabba li m’għandux passaport.

Hu esprima rimors għal dak li għamel, u minkejja li l-ispettur tal-Pulizija talab lill-Qorti għal piena ta’ ħabs effettiva, il-Maġistrat Axiaq impona piena ta’ sitt xhur ħabs sospiża minħabba r-rekord kriminali nadifa tiegħu.