Futbol Sport

Rebħa konvinċenti għal Milan fuq Torino… Telfa mhux mistennija għal Roma kontra Verona

(Ritratt: EPA)

F’Sansiro Milan kisbu rebħa konvinċenti ta’ 4-1 fuq Torino biex b’hekk komplew bil-bidu pożittiv għal dan l-istaġun tas-Serie A. Milan fetħu l-iskor fit-33 minuta meta Ruben Loftus-Cheek għadda lejn Christian Pulisic li mill-viċin kkonkluda fix-xibka għal 1-0. Torino kisbu d-draw tliet minuti wara bil-gowl jasal peremezz ta’ Perr Schuurs, qabel għaxar minuti wara, Milan reġgħu marru fil-vantaġġ, meta mill-ħdax-il metru kien Olivier Giroud li mażbaljax għal 2-1. Fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima, Milan jagħmluhom tlieta, meta Rafael Leao żmarka lil Theo Hernandez li xeħet fix-xibka għal 3-1. Fil-65 minuta Milan ingħataw penalty ieħor għal foul ta’ Schurs fuq Leao, b’Olivier Giroud għal darb oħra ma jiżabljax għal riżultat finali ta’ 4-1.

Telfa diżappuntati għal Roma barra minn darhom għand Verona bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Verona li marru fil-vantaġġ erba’ minuti mill-ftuħ tal-partita meta kien Ondrej Duda li approfitta hekk kif Rui Patricio ma rnexxilux iżomm ix-xutt ta’ Filippo Terracciano. Verona rduppjaw lejn tmiem l-ewwel taqsima meta Duda din id-darba daħħal fl-azzjoni lil Cyril Ngonge li xeħet wara Rui Patricio għal 2-0. Roma naqqsu d-distakk fis-56 minuta permezz ta’ Houssem Aouar iżda madanakollu, dan il-gowl ma kienx biżejjed biex Roma jieħdu l-punti minn din il-partita.

SERIE A

Ilum: Frosinone v Atalanta 2-1, Monza v Empoli 2-0, Milan v Torino 4-1, Verona v Roma 2-1
Għada: Fioreninta v Lecce 6.30pm, Juventus v Bologna 6.30pm, Lazio v Genoa 8.45pm, Napoli v Sassuolo 8.45pm
It-Tnejn: Salernitana v Udinese 6.30pm, Cagliari v Inter 8.45pm