Lokali

Screen tal-Gvern juri l-porn fil-Bajja ta’ Spinola

Xena mhux tas-soltu fil-Bajja ta’ Spinola hekk kif grupp ta’ Taljani ġibtu u tefgħu fuq Instagram filmat li juri screen pubbliku b’xeni ta’ porn għaddejjin fuqu. Il-każ seħħ iktar kmieni din il-ġimgħa.

Fil-filmat jidhru ż-żgħażagħ jidħqu, ma jistgħux jemmnu dak li qed jaraw quddiemhom, propju ftit passi ‘l bogħod mill-baħar.

L-iscreen jinsab qrib l-għassa tal-Pulizija, b’diversi persuni, ta’ kuljum, jgħaddu minn dik iz-zona fi triqthom lejn diversi ristoranti, u clubs.

Dan l-iscreen, normalment, jintuża’ biex is-sajjieda jkunu jistgħu jiżnu l-ħut li jaqbdu, bl-iscreen jurik eżatt il-piż tagħhom. Din is-sistema tinsab madwar Malta u Għawdex kollu, għalkemm s’issa għadu ħadd ma jista’ jifhem kif dan il-filmat spiċċa fuq dan l-iscreen.