Franċiż u Portugiz, it-tnejn ta’ 21 sena, ġew ikkundannati 9 xhur ħabs sospiżi għal 18-il xaħar kull wieħed wara li ammettew li nhar il-Ġimgħa ħebbew għal persuna waqt ġlieda f’Paceville.
L-akkużati kkaġunaw ġrieħi ħfief fuq il-vittma, u rriżulta li l-ġrieħi serji kienu kkaġunati minn ħaddieħor.
Iż-żewġ akkużati kkoperaw sew mal-Pulizija, tant li l-Ispettur qal li ż-żewġ żgħażagħ lesti jixħdu kontra l-persuni l-oħrajn li attakkaw lill-vittma. Id-difiża qalet li ż-żgħażagħ kellhom l-għan li jwaqqfu l-ġlieda.
//= $special ?>