Raġel ta’ 40 sena mill-Mellieħa tiegħu s’issa għadha mhux magħrufa kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien mtajjar minn vettura fix-Xemxija waqt li kien qed isuq mutur.
Il-każ seħħ ftit wara l-kwarta tas-Sibt waranofsinhar meta l-mutur misjuq mir-raġel ntlaqat minn karozza misjuqa minn mara ta’ 44 sena minn San Pawl il-Baħar.
Filwaqt li fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi sabiex ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura, il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa b’rabta mal-każ.
//= $special ?>