It-Tim ta’ Malta ta’ taħt il-21 sena qed jipprepara ruħu għal ċiklu ġdid ta’ futbol internazzjonali, b’kompetizzjoni ġdida, fejn se jibdew l-impenji b’żewġ logħbiet fit-tieqa ta’ Settembru kontra Spanja nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Settembru, u l-Ungerija nhar it-Tlieta 12 ta’ Settembru, it-tnejn fit-Tony Bezzina Stadium.
Għal dawn il-logħbiet il-kowċ il-ġdid Ivan Woods sejjaħ l-ewwel skwadra tiegħu għal dawn il-logħbiet.
L-ewwel għażla tal-iskwadra għall-kowċ Woods tiġbor fiha diversi plejers li dan is-sajf kienu mpenjati fit-tim nazzjonali Malti U-19 li ħa sehem fil-kampjonat ewropew tal-UEFA li sar Malta.
Dawn jinkludu lil Hugo Sacco, Mattias Ellul, Jake Micallef, Andy Borg, Ben Hili, Basil Tuma, u Brooklyn Borg.
Fl-iskwadra ġew ikkonfermati plejers ta’ esperjenza li jirrappreżentaw lil pajjiżhom f’dan il-livell, bħal Matthias Debono, Matthew Ellul, Karl Mohnani, James Vella, Aleandro Garzia, Mattia Veselji, Andrea Zammit, u Jake Engerer.
Il-lista sħiħa ta’ 30 player hi din:
Goalkeepers – Dylan Ciappara (Mosta FC), Reeves Cini (Pieta’ Hotspurs FC, Matthias Debono (Naxxar Lions FC), Hugo Sacco (Eastern New Mexico Univ).
Difensuri – Matthew Ellul (Żabbar St.Patrick), Zean Leonardi (Pieta Hotspurs), Mattias Ellul (Santa Lucia), Owen Spiteri (Floriana FC), Deacon Abela (Swieqi United FC), Karl Mohnani (Melita FC), James Vella (Sliema Wanderers FC).
Midfielders – Jake Micallef (Boavista FC), Kurt Bondin (Żebbuġ Rangers FC), Matthew Debattista (Melita FC), Andy Borg (Gżira United FC), Nick Cutajar (Melita FC), Dale Mifsud (Marsaxlokk FC), Gianluca Sciberras (Mosta FC), Aleandro Garzia (Floriana FC), Kurt Briffa (Pieta’ Hotspurs FC), Owen Sciberras (Żabbar St.Patrick), Benjamin Hili (Balzan FC), Nikolai Micallef ((Naxxar Lions FC).
Attakkanti – Jamie Carbone (Santa Lucia FC), Basil Tuma (Reading FC), Mattia Veselji (Floriana FC), Andrea Zammit (Valletta FC), Jake Engerer (Sliema Wanderers FC), Jed Valletta (Santa Lucia FC), Brooklyn Borg (Gżira United FC).
//= $special ?>