Wara l-prestazzjoni pożittiva ta’ Spiteri u Zammit fil-kategorija tan-nisa tal-Ironman 70.3, il-Ħadd filgħodu kien immiss li jikkompettu l-atleti maskili fil-kategorija tagħhom fl-aħħar ġurnata ta’ kompetizzjonijiet f’Lahti fil-Finlandja.
Neil Falzon, Stefan Borg u Mario Muscat huma l-atleti li ħadu sehem f’dan l-avveniment. Sabiex wieħed jgħaddi għal din il-kompetizzjoni għandu jikseb riżultati pożittivi fil-kategorija tiegħu f’diversi tiġrijiet li jsiru matul is-sena.
Neil Falzon kellu wirja tajba hekk kif temm b’mod impressjonanti fl-1,639 post minn total ta’ 3,322 atleta maskili, filwaqt li Stefan Borg temm fl-1,974 post u Mario Muscat temm fil-2,664 post.
L-Ironman 70.3 tikkonsisti fi tlett tiġrijiet differenti, fejn tibda b’1.9km ta’ għawm, sussegwentament il-parteċipanti jieħdu vjaġġ ta’ 90km bir-rota, u fl-aħħar jikkonkludu b’ġirja ta’ 21.1km.
//= $special ?>