Tkompli tinħass l-għafsa tal-għoli tal-ħajja hekk kif ma’ kull ġurnata li tgħaddi qed toħroġ iktar fid-deher kemm l-għoli tal-ħajja qed timpatta ħafna iktar familji u ħaddiema.
Fiflatt bosta familji qed jiġu sfurzati jnaqqsu l-flus li jallokaw għax-xiri mis-supermarkerts, jew inkella jagħżlu prodotti orħas – dan minħabba li l-prodotti bażiċi ta’ kuljum għolew b’mod konsiderevoli dawn l-aħħar 18-il xahar.
Normalment is-supermarkets ma jiġux affettwati bit-tibdil fil-prezzijiet, iżda f’kumment mal-MaltaToday, persuna li taħdem f’wieħed mill-ikbar supermarkets f’pajjiżna, qalet kif qed jinnotaw tibdil fl-imġiba tal-konsumaturi, dan minħabba li l-inflazzjoni qed tħalli impatt kbir fuqhom.
Innota kif il-konsumaturi qed jagħtu iżjed valur għal kull ewro li jonfqu, tant li qed jagħżlu ditti li mhumiex daqshekk magħrufin u irħas. Il-klijenti qegħdin ukoll jagħmlu iżjed użu mill-offerti speċjali u skemi tal-punti sabiex jibbenefikaw minn prezzijiet orħos.
Kelliem ta’ stabbiliment kummerċjali ieħor sostna li l-gwerra fl-Ukrajna u l-impatt tal-pandemija tal-Covid mhumiex l-unika problemi li waslu għan din il-problema, iżda hemm wukoll l-inċertezza kawża tad-diżastri ambjentali li jaffettwaw iċ-ċikli tal-agrikultura u tal-produzzjoni tal-ikel.
Ċifri ppubblikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika urew kif kien hemm żieda ta’ 8.8% fir-rata tal-inflazzjoni annwali fl-ikel.
L-artiklu jgħid li l-prezz tal-ikel qed ikompli jiżdied, u l-konsumatur qed iħoss l-effetti. Dan hekk kif l-inflazzjoni se tkomplu żżid il-pressjoni sabiex jiżdiedu l-pagi, u dan ser jaffettwa wkoll il-profit tal-kumpaniji.
//= $special ?>