Lokali

Jitlef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà fil-baħar

Raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa tilef ħajtu wara li sfortunatament sab ruħu f’diffikultà fil-baħar fl-inħawi tax-Xatt ta’ Qui-Si-Sana, Tas-Sliema.

Il-każ seħħ illum waranofsinhar għall-ħabta tas-siegħa u nofs.

Immedjatmanet fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll ambulanza fejn ir-raġel ngħata l-għajnuna minn minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Sfortunatament, huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Noel Bartolo ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.