Il-Gvern Iżlamiku Talibani li qed imexxi lill-Afganistan kompla bil-politika sfaċċata ta’ diskriminazzjoni fil-konfront tan-nisa Afgani…Dan meta n-nisa, issa, huma projbiti milli jżuru l-park nazzjonali ta’ Band-e-Amir fil-provinċja ta’ Bamiyan,
Il-Ministru Afgan għall-Ħarsien tal-Valuri Iżlamiċi, Mohammad Khaled Hanafi, sadanittant ikkundanna lin-nisa li ma libsux il-hijab waqt li kienu qed iduru fil-kwartieri tal-park.
Dan waqt li hu insista biex il-kapijiet reliġjużi u l-entitajiet tas-sigurtà jipprojbixxu lin-nisa milli jidħlu fil-park ta’ Band-e-Amir sakemm tinsab soluzzjoni.
Il-park ta’ Band-e-Amir għandu sinifikat kbir bħala attrazzjoni turistika u wara li fl-2009 kien sar l-ewwel park nazzjonali tal-Afganistan.
Il-park inkwistjoni – sit ta’ ġmiel naturali u li jinkorpora l-istrutturi ġeoloġiċi speċjali — hu popolari ħafna mal-familji Afgani u l-projbizzjoni tan-nisa tfisser li ħafna mill-familjżi mhumiex se jkunu jistgħu jgawdu l-ħin liberu tagħhom fl-inħawi.
//= $special ?>