Is-sewwieq Olandiż ta’ Red Bull Max Verstappen ħareġ rebbieħ ġewwa pajjiżu għal darb’ oħra sabiex laħaq ir-rekord ta’ Sebastian Vettel ta’ 9 rebħiet konsekuttivi.
F’tellieqa imfixxkla mit-temp, il-veteran Fernando Alonso wera l-esperjenza tiegħu sabiex irnexxielu jtemm fit-tieni post, b’Pierre Gasly ta’ Alpine jagħmel tajjeb mill-bidliet li saru fil-karozza tiegħu wara t-tellieqa tal-Belġju u jtemm fit-tielet post.
Sergio Perez ta’ Red Bull temm fir-raba’ post wara li ġie penalizzat fl-aħħar ftit dawriet.
Fil-ħames post temm Carlos Sainz ta’ Ferrari, segwit minn Lewis Hamilton ta’ Mercedes fis-sitt post.
Fis-seba’ u tmien post rispettivament temmew Lado Norris ta’ McLaren u Alexander Albon ta’ Williams.
L-aħħar sewwieqa li temmew mal-ewwel għaxra kienu Oscar Piastri ta’ McLaren u Esteban Ocon ta’ Alpine.
Is-sewwieqa li ma spiċċawx it-tellieqa kienu Logan Sargeant ta’ Williams, Charles Leclerc ta’ Ferrari u Zhou Guanyu ta’ Alfa Romeo.
//= $special ?>