Mill-inqas 13-il persuna, fosthom 7 itfal, inqatlu mgħaffġa mumenti qabel u waqt iċ-ċerimonja tal-Logħob tal-Gżejjer tal-Oċean Indjan.
It-traġedja seħħet fl-istadium ta’ Barea fil-kapitali tal-Madagaskar f’Antananarivo. Rapporti jindikaw li mill-inqas 107 persuna oħra sfaw midruba.
Folla ta’ madwar 50,000 spettatur kienet waslet biex tattendi għaċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob li kien l-akbar avveniment fil-Madagaskar wara bosta snin. In-numru ta’ persuni mejta kien ikkonfermat mill-President tal-Madagaskar, Christian Nisay.
Fl-2019 fl-istadium ta’ Madamasina kien mietu 15 il-persuna f’incidenti simili.
Il-Logħob tal-Gżejjer tal-Ocean Indjan bdew isiru fl-1977 bl-appoġġ tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u partecipazzjoni ta’ atleti mill-Mauritius, Seychelles, Comoros, Madagaskar, Moyotte, Reunion u Maldives.
L-edizzjoni ta’ din is-sena tintemm fit-3 ta’ Settembru.
//= $special ?>