Illum qed issir il-maratona tal-HopeXChange, b’risq l-isptar u l-iskola Maltin li nfetħu f’Kumasi fil-Ghana. Il-maratona bdiet fil-11am u ser tkompli għaddejja sal-11pm.
Matul il-maratona, diversi voluntiera qasmu l-esperjenza tagħhom ta’ meta marru l-Ghana f’Novembru li għadda sabiex jaraw ix-xogħol li kien qiegħed isir fl-isptar u fl-iskola.
Kelliema oħrajn ukoll iddiskutu l-esperjenzi tagħhom fil-volontarjat f’diversi pajjiżi oħrajn sabiex juru l-impatt tax-xogħol volontarjat.
Waqt il-maratona urew ukoll filmat live ta’ persuna twelled mill-isptar fil-Ghana.
Huma ħeġġu lil kulħadd sabiex jagħtu donazzjoni biex huma jkunu jistgħu ikomplu jgħinu iżjed nies fl-Afrika.
//= $special ?>