Il-kantant-kompożitur u pjan ista Elton John jinsab lura d-dar wara lejl rikoverat l-isptar u fejn kien eżaminat mit-tobba għall-effetti ta’ waqgħa.. .Inċident li seħħ meta hu kien qiegħed fil-villa tiegħu f’Nizza, fi Franza.
Elton John, li għandu 76 sena, ittieħed lejn id-dipartiment tal-ortopedija fl-isptar iddedikat lill-Prinċipessa Grace f’Monaco fost konferma li hu kien qed ibati mill-ġrieħi ħfief. Intant, hu intbagħat lura d-dar wara li għadda minn diversi check-ups u fejn kien iddikjarat bħala ‘fiżikament tajjeb’.
Min-naħa tiegħu Elton John ammetta li kien żelaq waqt li kien qiegħed fid-dar tiegħu, bis-sorsi viċin il-kantant isostnu li hu kien ittrasferit lejn l-isptar bħala miżura ta’ prekawzjoni.
//= $special ?>