Lokali

Festival Mużikali b’risq Andrea Calleja sabiex issirlu proċedura medika għall-indipendenza tiegħu

Nhar is-Sibt li ġej 2 ta’ Settembru ser jiġi organizzat Music Festival fil-grawnd tal-futbol ta’ San Ġwann biex jinġabru fondi b’risq Andrea Calleja għal proċedura medika ġewwa t-Tajlandja bit-tama li jerġa’ jikseb l-indipendenza.

Iż-żagħżugħ ta’ 31 sena lura f’Ottubru li għadda ndarab serjament waqt l-attività The Grid; attività sportiva li kienet qed issir fiz-zona ta’ Għajn Tuffieħa. Andrea weġġa’ serjament is-sinsla ta’ dahru waqt din l-attività – inċident li wassal sabiex dan iż-żagħżugħ spiċċa parzjalment ipparalizzat.

Dan il-festival hu mimli b’talenti lokali u ser jittella’ bil-parteċipazzjoni ta’ Kapitlu Tlettax, Liston Bongailas, Street Elements u l-band Different Minds.

Dan il-festival qed ikun organizzat minn Tiki Taka Bar & Diner bil-kollaborazzjoni ta’ San Ġwann FC Football Nursery. Dan huwa avveniment b’xejn pero ser tkun qed tinġabar donazzjoni minn Andrea Calleja Fundraising. Il-bibien jiftħu fis-7.30 p.m.