Internazzjonali

Franza: Tkompli bil-politika favur is-sekulariżmu fost il-projbizzjoni tal-abaya fl-iskejjel tal-Istat

Il-Gvern Franċiż qed jipprojbixxi lill-istudenti milli jilbsu l-abaya – it-tip ta’ ilbies twil li joħorġu bihom it-tfajliet u n-nisa Musulmani – kulmeta jattendu għal-lezzjonijiet fl-iskejjel tal-Istat.

Dan qed jidher bħala parti minn politika għas-sostenn tas-sekulariżmu u meta l-Ministeru Franċiż għall-Edukazzjoni qed jipprova jaċċerta l-libertà tal-individwi biex jemanċipaw lilhom infushom permezz tal-iskejjel.

Il-liġi ġdida dwar l-abaya fi Franza se tibda tapplika malli tibda s-sena l-ġdida skolastika ġdida fl-4 ta’ Settembru. Dan meta Franza għandha l-liġijiet stretti dwar l-emblemi u l-ilbies ta’ denominazzjoni reliġjuża fl-iskejjel tal-Istat kif ukoll fil-bini tal-Gvern bħala ħaġa li tabbuża r-regoli favur is-sekulariżmu.

Fil-fatt, l-istudenti Musulmani li jattendu l-iskejjel tal-Istat fi Franza ilhom mill-2004 ipprojbiti milli jilbsu x-xalel tar-ras. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Franċiż għall-Edukazzjoni Gabriel Attal qal li d-deċiżjoni biex l-abaya ma tintlibisx aktar fl-iskejjel ittieħdet għaliex ‘ħadd ma għandu jidentifika r-reliġjon ta’ student b’ħarsa waħda lejn l-ilbies tiegħu jew tagħha’.

L-ilbies tal-abaya fl-iskejjel ta’ Franza kien ilu x-xhur suġġett għal dibattitu u fejn il-polemiki ma naqsux bejn il-partiti tal-lemin li huma favur il-projbizzjoni u l-elementi tax-xellug li qed jipprotestaw favur ’id-drittijiet tan-nisa u t-tfajliet Musulmani’.