Adel Ali Hassan il-whistleblower fil-każ tal-iskandlu tat-testijiet tal-karozzi fi ħdan Transport Malta ressaq evidenza deskritta bħala waħda qawwija u sostanzjali f’laqgħa twila tal-inqas 3 sigħat mad-Dipartiment tar-Reati Finanzjarji l-FCID.
Ali Hassan ressaq provi ta’ x’seħħ f’Identity Malta kif ukoll fi Transport Malta – bid-dikjarazzjoni tkun saħansitra rrekordjata.
Huwa rrakkonta wkoll dwar allegati laqgħat li kienu jsiru ma’ uffiċjali għolja tal-Gvern u politiċi.
Filwaqt li din l-evidenza mistennija tkun investigata wkoll mill-Pulizija, kawża tal-akkużi u allegazzjonijiet li qed jagħmel il-whistleblower, numru ta’ ħaddiema ta’ Transport Malta issa qed iħabbtu wiċċhom ma’ numru ta’ akkużi.
Dan hekk kif qed jiġi allegat li l-uffiċjali urew xi forma jew oħra ta’ preferenza lejn xi kandidati għat-test tas-sewqan….bil-kandidati jkunu mressqa minn uffiċjali tal-Gvern jew politiċi.
Intant dan il-whistleblower huwa l-istess wieħed li fl-aħħar jiem ressaq fil-Qorti ta’ Malta allegazzjoni li persuni barranin kienu qed jieħu l-identatijiet ta’ persuni barranin li għixu Malta iżda li huma mejta…sabiex jkunu jistgħu jivvotaw għal Partit Laburista.
Filwaqt li Identity Malta ċaħdet l-allegazzjonijiet – l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Il-whistleblower qiegħed jirċievi l-assistenza legali mill-Avukat Jason Azzopardi.