Lokali

Imut il-lettur tal-Università Fr Joe Inguanez

Il-lettur tal-Università Fr Joe Inguanez miet ftit tas-sigħat ilu waqt li kien qiegħed f’Għawdex, ħdejn il-baħar. Hu kellu 80 sena.

Fr Joe Inguanez kien soċjologu, kappillan taż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara u kien jikkontribwixxi wkoll fil-media b’diversi programmi. Dan apparti li wassal tagħlim lil diversi studenti Universitarji.

Fr Inguanez ikkontribwixxa kemm-il darba b’kitbiet importanti. U bejn l-2001 u l-2019 hu kien direttur ta’ Discern fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta.